Minn 7th Wonder sa Walk on Water, żewġ albums f’wieħed, u parti mill-ġurija ta’ X Factor: ta’ min jgħid li Ira Losco waħda mill-aktar kantanti lokali ħabrikin li għandna. Ix-xogħol qatigħ tagħha fix-xena mużikali għadu għaddej ġmielu, u dalwaqt għandna nistennew music video ġdid mingħandha... però għal liema kanzunetta se jkun dan il-proġett?

View this post on Instagram

BTS “Cannonball” @nikolicdiane @privehairmalta

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Ira kienet diġà bdiet titfa’ xi botti ‘l hemm u ‘l hawn li ġej xi music video ġdid, iżda f’aġġornament riċenti li tellgħet fuq Instagram fl-aħħar żvelat għal liema kanzunetta qiegħed jiġi mħejji. Dan huwa Canonball, ir-raba’ kanzunetta fit-tracklist ta’ No Saint, li huwa t-tieni parti tad-double album tagħha li tnieda s-sena l-oħra.

View this post on Instagram

Peach 🍑 💄 : @nikolicdiane at @make_up_factory 💇🏻‍♀️: @privehairmalta 👗: @this_is_rob_earth

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Cannonball diġà leħaq kiseb reazzjoni mill-aqwa mill-pubbliku Malti, allura mhux ta’ b’xejn li dan qiegħed jintuża għall-pass li jmiss. Ira kienet tat prestazzjoni ta’ din il-kanzunetta matul l-aħħar serata tal-Farsons Beer Festival ta’ din is-sena, fejn issieħbet fi dwett ma’ Michela Pace flimkien mal-band tagħha.

Facebook / Ira Losco


Kurt Gabriel Meli