Il-grupp The Busker ġedded memorja speċjali minn sena ilu, waqt li xtaq jawgura lil dawk kollha li ser jipparteċipaw din is-sena fil-Malta Eurovision 2024. Huma xerrdu r-ritratt tal-mument xħin kienu ser jagħfsu l-buttuna biex tidħol l-applikazzjoni tagħhom.
"Dawn kienu Jean Paul Borg u Dav.Jr fil-31 ta’ Ottubru 2022 meta ssottomettu Dance (Our Own Party) li spiċċat biex kienet il-kanzunetta li rrappreżentat lil Malta fl-2023! Awguri lil kulħadd!"
Huma jawguraw jum is-sottomissjoni lill-parteċipanti kollha! Illum jagħlaq iż-żmien għall-kantanti biex japplikaw, biċ-ċans li jintagħżlu għall-fażi li jmiss, is-semifinali. It-tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil dawk kollha li ser ikunu qed jissottomettu!