L-attur komiku u maħbub Joe Borg li lkoll nafuh f'diversi rwoli fid-drama kemm fuq il-palk u anke fuq it-televiżjoni, illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Waħda mis-sensiliet li żgur li lkoll niftakru hija Ingroppi fejn karatteristika ħelwa f'Joe dejjem tkun l-espressjonijiet li jagħmel b'wiċċu.
Ritratt: Facebook / Joe Borg
Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, Joe irringrazzja lil familtu għas-sapport kontinwu: lil Mary ta' kulma tagħmel mieghu, lil Cynthia, Alison, Duncan u Kurt li dejjem kienu ta' sapport għalih, u lill-ħbieb kollha li bagħtulu x-xewqat tagħhom.
Ritratt: Facebook / Joe Borg
Ilkoll nammirawh għall-kapaċitajiet tiegħu. Aħna minn Gwida nawgurawlek aktar snin ta' saħħa u ferħ Joe. Kompli ferraħna!!!
Facebook / Joe Borg