Total ta' seba' mudelli lokali ser ikunu qed jirrappreżentaw lil Malta waqt il-Young European International Beautuy Pagaent. Fil-fatt il-mudelli qed iġorru t-titlu ta' Face of Gaetano.

Ser jirrappreżentaw lil pajjiżna propju bejn l-l 4 u l-5 ta' Frar ġewwa r-Renju Unit. Il-Young European International Pageant hija sistema mwaqqfa bil-ħsieb li tagħti s-saħħa lin-nisa ta' kullimkien.

Din isservi bħala pjattaforma miftuħa li tippermetti u tinkoraġġixxi bniet minn 7 snin 'il fuq biex jappoġġjaw il-karitajiet u l-organizzazzjonijiet tal-għażla tagħhom filwaqt li jippromwovu lilhom infushom u t-titlu tagħhom.

Ngħinu lill-bniet u lin-nisa jiksbu kunfidenza, esperjenza, ħbiberija u familja unika ma’ nisa ta’ sfondi differenti minn madwar ir-Renju Unit kollu.

Awguri kbira lil dawn il-mudelli!

hg


Kyle Zarb