Il-mudella Maltija Mariah Muscat qiegħda tagħmel suċċessi kbar fil-karriera tagħha barra minn xtutna. Hi rebħet 2 titli f’Mantova, l-Italja aktar kmieni dan ix-xahar, fil-kompetizzjoni ta’ ‘La Fotomodella Italiana 2023’.

Il-pass li jmiss għall-karriera tagħha huwa li toħroġ il-fwieħa tagħha, bl-isem ta’ ‘Mariah’, li se tinbiegħ f’Pajjiżna u l-Italja. Il-paġna ‘Vipaj Academy’ ħabbret din l-aħbar sabiħa, u qalet li bdew bil-loġistika tal-branding u t-teħid tar-ritratti.


Nicole Zammit