Dawk li jieħdu ħsieb il-paġna ta’ TaPinu Shrine Australia qasmu mas-segwaċi tagħhom appell għat-talb, hekk kif bħalissa l-Monsinjur Benedict Camilleri jinsab l-isptar.
Persuna li tieħu ħsieb din il-paġna qalet, “Wow! Kelli ngħidlu ċaw għax staqsewni noqgħod ‘il bbogħod mid-dun, minħabba l-influenza. Mhux qed jirrispondi għat-trattament, imma għadu magħna. Jekk jogħġobkom żommuh fit-talb tagħkom.”
Permezz ta’ kitba separata, persuna oħra minn wara din il-paġna, irreferiet għal Dun Beneditt bħala missierha, għalliem, kif ukoll guru spiritwali. Qalet li għal uliedha kien in-nannu li qatt ma ltaqgħu miegħu u għal żewġha kien serva ta’ ġebla f’mumenti ta’ sfida.
Fi ħsiebna!
Facebook/TaPinu Shrine Australia