Alan Micallef minn Animal Guardian Malta xtaq jaqsam messaġġ dwar is-sitwazzjoni tas-santwarji lokali kif ukoll animal feeders f’pajjiżna u l-mod kif mhux qed jingħataw biżżejjed l-għajnuna li jistħoqqilhom. Għal dan hu qasam xi proposti wkoll indirizzati lill-ministri w segretarji parlamentari konċernati.
“Qed nipprova naħdem għax naf li NGOS s u voluntiera huma eżawriti kemm mentalment kif ukoll fiżikament”, jgħid Alan. Fost il-proposti, jsemmi xi benefiċċji li jistħoqqilhom is-santwarji: sussidju fuq kontijiet tad-dawl u ilma; internet, kera tal-post b’xejn, abbozzi sussidjati, veternarji impjegati mill-gvern biex jikkura l-annimali kollha tal-kenn mingħajr ħlas, klinika pprovduta mill-gvern għall-annimali tal-kenn u tat-triq.
Alan jipproponi li l-animal feeders ikunu rreġistrati biex ma jkunx hemm abbużi versus lejn impjegati governattivi fosthom veterinarji. Jipproponi li għandha tingħata “provvista ta’ xi ikel u għandhom bżonn ukoll li jagħmlu użu mill-mediċini hekk kif il-qtates ibattu lilhom infushom tant li jagħmlu ħsara.” Alan isemmi l-importanza li l-Animal Welfare tirċievi aktar appoġġ u poter biex ikunu jistgħu jintervjenu huma fejn ikun hemm abbuż fuq l-annimali.
“Il-moħqrija tal-annimali għandha ġġorr multi kbar u servizz fil-komunità għall-ewwel reat u wara dak tal-ħabs.” Alan minkejja li jaf li dan l-appell kapaċi ma jasalx, jenfasizza l-importanza li lkoll nibqgħu nkunu vuċi għal dawk li m’għandhomx. “Naf li xejn ma jista’ joħroġ minnu imma m’hemm l-ebda ħsara meta nippruvaw. Jekk ma nippruvawx żgur li mhux se nagħmlu bidla.”