Matul it-tnax-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser nitkellmu dwar il-misteri marbuta mas-seħta fuq il-produzzjonijiet tal-films. Sa mill-bidu nett taċ-ċinema, il-films tal-biża’ u t-twerwir qajmu kurżità kbira lil ħafna nies.

Dan hu ġeneru vast ħafna li jinkludi diversi aspetti, fosthom dawk sopranaturali u oħrajn inspjegabbli. Ħafna minnha l-ors tagħna naraw dawn it-tip ta’ films imma ftit li xejn naħsbu dwar affarijiet misterjużi li jiġru waqt li dawn il-films ikunu qed jinħadmu. Ġieli smajtu b’misteri marbuta mas-seħta fuq produzzjonijiet ta’ films?

Il-mistiedna magħna fil-panel se tkun l-awtriċi u l-preżentatriċi Ruth Frendo. Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967

L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.


Emil Calleja Bayliss