Jidher li wara ż-żieda fil-każijiet f'dawn l-aħħar jiem, dawk l-ommijiet kollha li qed jistennew tarbija u jkollhom appuntament tal-gynae qed ikollhom jidħlu weħidhom għal dan l-appuntament. Dan sabiex jevitaw in-numru ta' nies li jidħlu l-isptar.

Dan ifisser li l-missirijiet jew inkella persuna li l-ommijiet jafdaw u jħossuhom komdi magħha ma tistax tidħol magħhom għall-appuntament. Dan qajjem reazzjoni fost l-ommijiet li qed jistennew tarbija.

Nagħmluha ċara li waqt il-proċess tal-ħlas, il-missirijiet qegħdin jitħallew jidħlu basta jagħmlu SWAB test. 

Fil-gruppi fuq Facebook, numru ta' ommijiet li qed jistennew tarbija wrew it-tħassib tagħhom li għalkemm dawn l-azzjonijiet qed jittieħdu biex jieħdu ħsieb is-saħħa tagħhom u tat-trabi minħabba l-azzjonijiet ta' ħaddieħor qed ibatu huma wkoll.

Sa nhar it-Tnejn li għadda, persuna waħda kienet tista' tidħol mal-persuna tqila imma jidher li minn dalgħodu membru tas-sigurtà beda jwaqqaf lil dawk li kienu qed jakkumpanjaw lill-ommijiet.

Hu mifhum li s'issa l-missirijiet qed jitħallew jidħlu ma' dawk l-ommijiet li jkunu ħa jixtru. 


Emil Calleja Bayliss