Qed nersqu eqreb lejn il-Milied – żmien fejn it-toroq u t-twieqi huma mimlija dwal u kuluri, il-kanzunetti tal-Milied jinstemgħu fi ħwienet kollha nies, u nibdew niġu mistiedna għal avvenimenti mimlija ikel u xorb. Il-Milied huwa l-istaġun tal-ferħ, l-għoti u li nqattgħu l-ħin mal-maħbubin tagħna… imma tlifna xi jfisser tassew il-Milied?
Jidher li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-sempliċità tal-Milied qed tintilef għad-deni kummerċjali. L-industriji jagħmlu pressjoni fuqna biex nixtru aktar u aktar u biex nippruvaw l-imħabba tagħna lil xi ħadd permezz ta’ prezz. Dan mhux biss qatel l-ispirtu tal-Milied iżda joħloq ukoll stress finanzjarju u emozzjonali. Fil-fatt, studji juru li n-nies jonfqu aktar flus milli jifilħu matul l-istaġun tal-Milied.
Il-ħin kollu niġu bbumbardjati minn reklami dwar kif noħolqu l-Milied ‘perfett’ billi nixtru u nonfqu, li jkunu ta’ theddida għat-tifsira vera tal-Milied u t-tradizzjonijiet tiegħu. Dan il-Milied ejja nikkunsidraw dak li verament jagħmel dan l-istaġun speċjali.