Fuq il-programm tar-radju Let’s talk about sex fuq XFM 100.2, Melanie Kelly tkellmet mal-matchmaker Charmaine Slottsdahl dwar kif il-Milied, għal dawk li m’għandhomx partner, huwa iżjed żmien diffiċli.

Fiż-żminijiet tal-Milied jidher li jkun hemm żieda ta’ nies li jfittxu lil Charmaine biex tgħinhom isibu lil xi ħadd.

“Huwa żmien ta’ riflessjoni u żmien fejn inħarsu lejn is-sena li tkun għadha kif għaddiet. Inħarsu lejn ix-xogħol tagħna, il-lifestyle, id-drawwiet. Imma naħsbu wkoll dwar ir-relazzjonijiet li għadna f’ħajjitna u l-partner tagħna.”

Melanie qablet magħha u qalet: “Xi kultant tiltaqa’ ma’ xi ħadd, ikun jgħoġbok u tipprova ssir dak li taħseb li hu jgħoġbu. Jew inkella tiltaqa’ ma xi ħadd li jkun jgħir u tispiċċa tbiddel lilek innifsek minħabba fih.”

melanie
Ritratt: Facebook/Melanie Kelly

Huwa mportanti li ngħatu kas tal-emozzjonijiet tagħna meta nkunu qegħdin ġo relazzjoni. Għalkemm fi żmien il-Milied dawk li huma single jaf iħossuhom xi ftit waħidhom, huwa mportanti li fl-istess ħin ma naqbdux u nidħlu f’relazzjoni ħabta u sabta.

Facebook/Melanie Kelly


Nicole Barbara