Il-Viċi Sindku ta' Birżebbuġa Josette Busuttil taqsam ħsieb importanti dwar il-Milied u tagħmel talba għall-għajnuna. Hi tgħid, "Il-Milied huwa ta’ kulħadd. Ma jagħżilx bejn min hu sinjur jew fqir, marid jew b’saħħtu, imma huwa ċelebrazzjoni li ġġib ferħ għal kulħadd."
Hi żżid, "Madankollu, hemm tfal li, minħabba problemi soċjali, ma jistgħux jifirħu bħal sħabhom. Hemm min għandu ġenituri morda, u ma jistax jifhem is-sitwazzjoni diffiċli li qed jgħixu. Hemm min qed jgħaddi minn mard hu stess, u lanqas jaf kif dik l-omm, qed tbati biex iżżomm f’għajnejh tbissima."
Josette tkompli, "U hemm min ommu għaddejja minn vjolenza domestika, u minkejja dan, dejjem titbissem, biex tgħatti t-tbatija. Xi tfal għandhom membri tal-familja li qed jiffaċċjaw problemi bħal vizzji, u għalhekk iħossu li jridu jibqgħu lura. Problemi li spiss ma jidhrux għall-għajn, imma jintmessu fil-fond tal-qalb ta’ dawn it-tfal innoċenti. Għalhekk, dan il-Milied, ejja nagħmlu d-differenza."
Hi żżid, "B’rigal żgħir, nistgħu nqajjmu fjamma ta’ mħabba u tama fil-qalb tagħhom. Trid tferraħ tifel jew tifla? Ċemplilna fuq 98112532 u agħti l-għajnuna tiegħek. Grazzi ħafna. Jekk ma' tistax tgħin,jekk jogħġbok ixxerja dan il-messaġġ."
Facebook / Josette Busuttil