Fuq il-grupp ta’ Facebook Women for Women, naturalment li nqasmu ħafna ħsibijiet u emozzjonijiet dwar il-mewt ta’ Paulina Dembska u fuq il-ħajja bħala mara f’pajjiżna.   

Fost dawn, ġibdet l-attenzjoni post ta’ mara b’ritratt ta’ bintha flimkien ma’ deskrizzjoni pjuttost tad-dwejjaq iżda reali. “Il-mewt ta’ Paulina xxukkjanti u beżżgħetni.  Beżżgħetni għaliex jien għandi tifla li tista’ tkun, jew x’aktarx ser tkun suġġett għal cat calling, inkontri sesswali mhux mixtieqa, u sempliċiment mhux sigura fid-dinja tal-lum.”  

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, żżid “jien għandi wkoll iben, u qed nagħmel fiċ-ċert li ibni jkun persuna li bint jew iben ħaddieħor jħossu sigur u rispettat magħha.”

Tassew stampa ċara ta’ kif kull ġenitur għandu jitkellem quddiem din ir-realtà għaliex bit-tagħlim u l-edukazzjoni jitrawwem ir-rispett!


Marija Bellia