Ilbieraħ fuq ONE ixxandar l-ewwel episodju mis-sensiela ġdida KWIR, li d-direttur u l-producer tagħha mhu ħadd ħlief Brandon Terribile. Brandon, li wara suċċess bħala attur, qed jikseb suċċess wara ieħor b'tant produzzjonijiet li qed joħloq. KWIR jirnexxielha twassal messaġġ b'saħħtu, u jidher li diġà beda jagħmel ħoss.

"Wow... Ninsab kompletament bla kliem bir-rispons u l-appoġġ wara l-ewwel episodju ta' KWIR! Il-messaġġi, it-telefonati, u r-rispons li rċevejna kienu inkredibbli. Il-kliem ġentili u l-inkoraġġiment tiegħek ifakkruni għaliex ħloqna KWIR fil-bidu nett - biex tispira, tgħaqqad, u taqsam xi ħaġa sinifikanti."

Brandon jesprimi kemm hu grat lejn dawk kollha li qed juru appoġġ lejn KWIR, u jirringrazzjahom, Insegwu t-tieni episodju nhar it-Tnejn li ġej fid-20:45 fuq ONE.


Kyle Zarb