Ix-xogħol fil-qasam tal-inġinerija huwa wieħed essenzjali għall-ħajja li kulma jmur qiegħda timmodernizza.  Madanakollu, kultant inkunu tal-idea sterjotipika li dan ix-xogħol huwa għall-irġiel. 

L-Inġiniera u Membru Parlamentari Rebekah Cilia indirizzat dan fuq kitba li għamlet fuq Facebook, għaliex fil-fatt illum, 23 ta' Ġunju, "Ġurnata li fiha niċċelebraw in-nisa li qegħdin juru l-kapaċità tagħhom u jħallu impatt kbir f’dan is-settur."

Hi tispjega li, "Il-professjoni tal-Inġinerija mhix sempliċiment karriera imma hija ħafna aktar minn hekk. Hija professjoni mibnija primarjament fuq l-idea tal-ħsieb kritiku, u li għandha impatt dirett u sinifikanti fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd," filwaqt li tistqarr ix-xewqa tagħha li ż-żieda fin-numru tal-inġiniera tinkoraġġixxi aktar nisa biex jaħdmu f'dan il-qasam, għaliex "fl-aħħar mill-aħħar, irridu li l-futur ikun mibni minn nisa u rġiel ta' ħiliet, attitudnijiet, u ideat differenti sabiex inkunu nistgħu nkomplu nikbru u niżviluppaw flimkien."

Ħsieb tassew tajjeb, Rebekah.  Prosit!

RC

Ritratt: Facebook / Rebekah Cilia


Marija Bellia