Illum il-Membru Parlamentari Julie Zahra ħadet iċ-ċkejkna tagħha ġewwa l-parlament magħha, u ħafna ggustaw dan il-ġest li għamlet l-omm. It-tifla ta’ erba’ snin deheret ukoll fuq it-televixin tal-parlament, tiekol u tara x’hemm madwara.

Il-kollega ta' Zahra, il-Membru Parlamentari Eve Borg Bonello kitbet fuq Facebook dwar kif "In-nisa jistgħu jkunu involuti fil-qasam politiku filwaqt li jkunu ommijiet." Hi kompliet billi żiedet "Ejja nassiguraw mela li l-istituzzjonijiet tagħna jakkomodaw lin-nisa kollha, inkluż l-ommijiet. U ejja wkoll ngħaddu dal-messaġġ lill-bniet tal-ġenerazzjonijiet t’għada."

Matul is-snin saru xi diskussjonijiet dwar l-impliment ta' childcare ġewwa l-bini tal-parlament, għal dawk il-membri Parlamentari, u nies oħrajn li jaħdmu hemm li huma ġenituri wkoll. 

Facebook / @JulieZahra @EveBorgBonello


Nicole Zammit