Kemm hi xi ħaġa sabiħa li tagħti mill-qalb mingħajr ma tistenna xejn lura. Hekk għamlu l-membri tal-protezzjoni ċivili jumejn ilu f’DAR Bjorn. Bjorn kitbilhom kelmtejn ta’ ringrazzjament tax-xogħol kollu li għamlu minn qalbhom u tefa' ritratt tal-voluntiera mdawwrin miegħu bi tbissima ta’ sodisfazzjon fuq fommhom.

Hu kiteb, “Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili għadhom kemm għamlu ġurnata xogħol volontarju f'DAR Bjorn Respite. Dawn in-nies tar-ritratt, nadfu l-area kollha tal-ġnien u neħħew il-ħaxix ħażin. 17-il persuna jaħdmu fix-xemx, ġurnata sħiħa biex lestewha kollha! Grazzi hija kelma żgħira għax xogħol li għamlu dawn in-nies. Mhux ta' b'xejn ħafna jgħidulhom li huma l-Eroj ta' Malta!”

Dawn in-nies huma vera ta’ eżempju għal kulħadd. Ix-xogħol volontarju huwa wieħed mill-isbaħ rigali li tista’ tagħti lil min ikun fil-bżonn. Kemm aħna kburin bikom!

Facebok / Bjorn Formosa


Gabriella Borg