Keith Demicoli għadu kemm kiteb daqsxejn ta' messaġġ ħelu immens iddedikat lill-għażiża martu Alexia f'għeluq sninha!

Keith jikteb,

"Il-mara li tfisser id-dinja għalija. Il-mara li QATT ma ġġib lilha l-ewwel. Il-mara li moħħha biss biex tgħin lil ta’ madwarha (u tinkwieta ħafna għalihom) Il-mara li taħseb f’kulħadd. Il-mara li taħseb f’kollox (anke meta nqum b’aptit ta’ kafè u jien ma nkun għidtilha xejn, bla mistenni taraha ġejja bih). Il-mara straordinarja. Il-mara li qatt ma ħsibt li teżisti. Il-mara li nħobb ħafna u xortija tajba li nsejħilha marti. Il-mara li twieldet bħal-lum … Il-mara jisimha Alexia Demicoli"

Awguri mill-qalb Alexia!


Kyle Zarb