Marianna Calleja taqsam il-ħsibijiet tagħha dwar l-industrija lokali u r-rappreżentazzjoni tan-nisa fix-xandir pubbliku. Fuq il-mezzi soċjali tagħha hi tgħid, "Fost ix-xogħol li għamilt fl-Awtorità tax-xandir hemm dan l-istudju li hu ferm għal qalbi. Studju li r-riżultati tiegħu għalkemm stennejthom, ma ħsibtx li ħa jkunu daqsekk gravi. Illum kelli l-opportunità nippreżenta dan l-istudju quddiem il-President ta' Malta."

Marianna tkompli tistqarr, "Ir-riżultati huma kollha miktuba inka sewda fuq karta bajda. Riżultati li juru li l-mara għandha rwol sekondarja fl- industrija tax-xandir. F'industrija li hi importantissima fil-kultura tagħna, industrija li tinfluwenza mhux biss lilna bħala nies fis-soċjetà iżda ukoll lill-uliedna, l-ġenerazzjoni futura, qed nagħtu interpretazzjoni ħażina ta' x għandhu jkun u mhux. L-Awtorità se tkun qed taħdem biex l-affarijiet ma jibqgħux l-istess."

Fil-filmat t'hawn fuq wieħed jista' jsegwi diversi diskorsi li saru!


Emil Calleja Bayliss