Sfortunatament sbaħna għal aħbar xejn sabiħa. Ħalliet din id-dinja omm l-attur Edward Mercieca, hekk kif ħabbar dan dalgħodu.

"Il-mamà sabiħa tiegħi mietet fil-paċi kmieni dalgħodu. Jiena ċert li tinsab fuq xi grand piano abjad sabiħ, iddoqq il-mużika mill-isbaħ tal-kompożituri favoriti tagħha, Chopin, Schubert, u għadd ta’ oħrajn. Ċertament tinsab f'post aħjar issa u meħlusa kompletament mill-uġigħ. Ilkoll se nħossu n-nuqqas tagħha."

Kondoljanzi minn qalbna Edward u l-familjari kollha. Tistrieħ fis-sliem l-għażiża ommu.

Facebook/ Edward Mercieca


Gwida.mt