Malta tinsab fl-ewwel post mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea, bl-ogħla medja ta' età. F'sena ta' pandemija, kien hemm tnaqqis żgħir, fejn il-medja niżlet minn 82.9 għal 82.6. Iżda l-pajjiżi Ewropej kellhom tnaqqis ferm.

Iċ-ċifri li ħarġu mill-Eurostat, juru li Malta mis-sena l-oħra telgħet erba’ postijiet, minkejja li l-aħħar xhur kienu l-iktar kiefra minħabba li mietu numru ta' nies bil-Covid-19.

Filwaqt li t-tul medju tal-ħajja niżel minn 82.9 fl-2019 għal 82.6 is-sena li għaddiet, dan it-tnaqqis kien iżgħar meta mqabbel ma’ oħrajn fi ħdan il-blokk tal-UE, li wassal biex Malta titla fil-quċċata.

In-nisa hawn huma mistennija jgħixu aktar minn erba' snin mill-irġiel. In-nisa jgħixu medja ta' 84.6 filwaqt li l-irġiel jgħixu medja ta' 80.4.

Spanja, l-Italja, l-Iżvezja u Franza, l-aqwa erba ’stati membri tal-Unjoni Ewropea għall-għomor, jidhru li ntlaqtu l-iktar mill-pandemija fejn kollha rreġistraw nuqqas ta’ aktar minn 0.7 snin.

Din it-tendenza kienet riflessa fil-maġġoranza l-kbira tal-istati membri tal-UE, li kollha rreġistraw tnaqqis fl-għomor ħlief għal Ċipru, il-Latvja, il-Finlandja u d-Danimarka.


Emil Calleja Bayliss