Uħud mis-suċċessi fuq programmi televiżivi barranin għal diversi kantanti Maltin bdew fil-pajjiż ġirien tagħna, l-Italja. Fl-2010 kantanta Maltija ħasdet l-industrija lokali hekk kif deheret fuq il-programm popolari Taljan ta’ Gerry Scotti Io Canto. Dan bħal donnu fetaħ il-bibien għal kantanti oħra lokali li jipprovaw jittantaw xortihom barra minn pajjiżna.

Infatti tul l-aħħar snin, kienu ħamsa b’kollox il-kantanti li waslu f’kompetizzjonijiet kbar ta’ suċċess fuq l-istazzjonijiet Taljani. Ħafna kantanti jitilgħu barra mill-pajjiż jikkompetu f’xi festival jew ieħor, iżda programmi bħal dawn ġeneralment ikunu ħarira aktar diffiċli biex wieħed jasal sa’ dal-fażijiet partikolari.

Danica Muscat – Io Canto 2010

Veronica Rotin – Io Canto 2013

Shauna Vassallo – Io Canto 2013

Federica Falzon – Ti Lascio Una Canzone 2014

Emma Muscat – Amici 2018

Kif wieħed jista’ jara, erbgħa minn dawn il-kantanti waslu fuq dawn il-programmi ta’ età żgħira filwaqt li l-aktar suċċess riċenti ġewwa l-Italja ġie għal kantanta Emma. Ikun sabiħ li wieħed ikompli miexi fuq is-suċċess li jkun kiseb forsi jkun jista’ joħloq karriera professjonali minn dan kollu! Għalkemm fil-bidu, Emma jidher li qed tipprova tuża s-suċċess fil-programm ta’ Maria De Filippi mill-aħjar li tista’ – u hekk xieraq!

Bonus!

Eh... kif nistgħu ma nsemmux lil Kevin Borg! Nafu li mhux fl-Italja, imma ftit aktar il fuq fl-iSvezja. Kevin kien spiċċa r-rebbieħ ġo pajjiż fejn anqas il-lingwa ma kien jaf! Għaxar snin ilu fl-2008, Kevin kien proprju l-ewwel Malti, li mar jittanta xortih fil-programm Idol ġewwa l-iSvezja. Minn hemm Kevin uża dan is-suċċess biex illum il-ġurnata barra li jkanta Kevin, jikteb kanzunetti lil kantanti kbar barranin speċjalment fl-Asja.

Instagram / @emmamuscat_official


Emil Calleja Bayliss