Kemm-il darba smajna l-frażi li f’pajjiżna għandna ħafna talent peròmeta wieħed jara dan it-talent apprezzat fost eluf barra minn xtutna wieħed iħossu kburi li t-talent ta’ din il-gżira issa qed jifrex ukoll barra. Waħda mill-akbar industrija hi żgur dik Ingliża u dawn l-aħħar tlett snin kellna numru ta’ kantanti li deheru fuq programmi rinomati fuq l-istazzjonijiet Ingliżi fosthom l-ITV u l-BBC.

Destiny Chukunyere – Britain’s Got Talent 2017

Norbert Bondin – All Together Now 2018

Chess Galea – All Together Now 2018

Amy Borg – Britain’s Got Talent 2018

Gaia Cauchi – X Factor UK 2018

Giorgia Borg – Britain’s Got Talent 2019

Wieħed jistqarr li l-ħafna xogħol li qed jinvestu dal-kantanti fil-qasam tal-arti żgur qed iservi biex ikomplu javvanzaw. Wieħed jistqarr li l-fortuna tgħin xi ftit meta int qed tikkompeti kontra eluf kbar, imma t-talent b’saħħtu jispikka fuq kollox u xi darba jew oħra jsib postu ukoll! Kellu bżonn li xi ħadd minn dawn l-artisti li kellhom iċ-ċans jidhru fuq pjattaforma daqshekk kbira jintlemħu minn nies kbar fl-industrija.

Jekk dan iseħħ, forsi ikollna l-ewwel superstar Malti jew Maltija fuq skala internazzjonali. L-X Factor ġewwa pajjiżna ukoll wieħed jista’ jgħid li offra dan iċ-ċans hekk kif rajna numru ta’ kantanti jmorru viral, b’aktar minn filmat wieħed tar-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta jilħaq il-miljuni. Pajjiż żgħir bħal tagħna għandu jagħmel ħiltu biex jisfrutta mill-aħjar possibli t-talent Malti u jgħinu mhux biss billi jifraħ u jċapċplu imma jappoġjah anke f’materjal oriġinali li joħroġ.

Instagram / giorgiaborg_official


Emil Calleja Bayliss