Mary Carmen Scerri, li hi Maltija, ilbieraħ dehret fuq il-programm Taljan The Voice Senior fuq ir-Rai 1.

Fil-blind audition tagħha kantat Fortissimo ta' Rita Pavone. Sa tmiem il-prestazzjoni kienu daru Loredana Bertè, Angela Brambati, u Angelo Sotgiu. Dawn l-aħħar tnejn jifformaw il-grupp Ricchi e Poveri. Ma darux però ir-rapper Taljan Clementino u l-kantant Gigi D'Alessio.

Malli lestiet il-kanzunetta, Scerri spjegat kif inhi Maltija ta' 74 sena u kif hi magħrufa bħala r-Rita Pavone ta’ Malta. Stqarret ukoll kif ilha tkanta minn mindu kellha ħmistax-il sena. Hija miżżewġa lil Ernesto, li huwa Sqalli.

Finalment, għażlet li tingħaqad mal-grupp ta' Ricchi e Poveri.

Nawgurawlek kull suċċess, Mary Carmen.


Bradley Cachia