Xejn mhu isbaħ mid-djalett! Barra li jagħti identità lil dak li jkun, jagħtu wkoll karattru li jżewwaq il-lingwa tagħna b’tant ilwien. Għandna nkunu kburin bil-lingwa tagħna u għandna nkunu aktar kburin bid-djaletti li jeżistu fostna.

L-aktar djalett evidenti hu żgur id-djalett Għawdxi, però dan ma jfissirx li fil-lingwa tagħna m’għandiex djaletti oħra. Iddur dawra madwar l-ibliet u rħula Maltin, tisma’ numru ta’ djaletti. Hi ħasra li numru sew minnhom inħoss li aktar ma jgħaddi ż-żmien bdew jintilfu.

View this post on Instagram

A post shared by V Viwert Ps (@viwertps) on

Xi ġranet ilu, iltqajt ma’ lista dwar numru ta’ kliem kif jgħiduh il-Maltin u kif jgħiduh l-Għawdxin. Interessatni ftit mhux ħażin u naħseb li għandha tinteressakom wkoll. Forsi niskopri daqsxejn kemm hi vera din il-lista!

Jew inkella, forsi għandkom xi kelma oħra li tużaw! Nieħdu gost niskopru aktar. Araw ftit fuq għal xiex qed ngħidu u tiddejqux tħallulna l-kummenti tagħkom.

                                    GozoM

Instagram / mars_all


Emil Calleja Bayliss