Jekk għandek bżonn malja ġdida għal dan is-Sajf, u trid tispikka mill-kumplament tal-folla, din hija l-malja għalik!

Għalfejn għandek tkisser moħħok biex tagħżel liema kulur jew disinn jixraqlek l-aktar, meta tista’ tixtri malja mingħajr l-ebda kulur? Trasparenti!

Fil-moda tan-nisa, ħwejjeġ trasparenti diġa daħlu, iżda issa jmiss lill-irġiel sabiex jinvolvu ruħhom fir-revoluzzjoni. Il-malja tiġi kompletament trasparenti, għalhekk jekk ser tixtriha, nissuġerixxu li tixtri tagħmir apparti biex tgħatti l-partijiet li jekk ikunu mikxufa, ejja ngħidu jdaħħluk f’basla u teħel xi multa tajba għall-indiċenza pubblika.

malja

Il-kumpanija li qed tipproduċi dawn il-malji tgħid:

Il-malji trasparenti tal-ġenerazzjoni li jmiss waslu!

Dawn il-malji joffru l-flessibilta' li wieħed jilbes malja iżgħar ta' kulur minn taħt, jew inkella totalment għeri!

Għalhekk jekk trid timpressjona fil-BBQ li jmiss, jew fil-ġurnata baħar ta’ nhar il-Ħadd, din il-malja hi magħmula għalik!


Luke Borg