Il-kitarrist tal-band Relikc, Luke Grech kellu lil xi ħadd speċjali jakkumpanjah fl-istudio tal-mużika tiegħu li jġib l-isem ta' Corner House Studio! Dan mhu ħadd ħlief il-Maestro Emanuel Brincat, li jiġi n-nannu tiegħu!
Ritratt: Facebook / Luke Grech
Żmien ilu nannuh kien trumbettier b’talent kbir u kien idoqq ma’ RAF u mal-Orkestra Adelaide Symphony. Nannuh huwa l-aktar magħruf għall-irwol tiegħu bħala maestro għal Duke of Connaught’s Own Band Club u għas-Soċjetà Mużikali Sant’Antnin A.D. ġewwa Birikirkara. Għalhekk hija ovvja min għadda d-don mużikali fil-familja!
Ritratt: Facebook / Luke Grech
Luke jgħid li llum il-ġurnata nannuh huwa rtirat u jgħaddi ħafna mill-ħin jirrakkontalu stejjer dwar iż-żmien ta’ meta kien mużiċist. U rakkont ta' xi ċajta ħelwa żgur li ma tonqosx! Luke huwa wieħed mill-kitarristi ewlenin f'pajjiżna, jagħmel parti mill-band Relikc u dan l-aħħar kellu sehem fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej!
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil Maestro Emanuel Brincat f’din il-ġurnata hekk speċjali!
Nina Adams - Facebook / Luke Grech