Christina Aguilera kienet pajjiżna l-ġimgħa l-oħra biex tagħti kunċert waqt il-EuroPride ta’ din is-sena. L-ispettaklu ma kienx wieħed żgħir: il-fosos kien mimli nies li faħħru l-avvenimenti, u ħalla impatt fuq il-kantanta ukoll. Hi qasmet żewġ filmati u sett ta’ ritratti fuq il-paġna tagħha ta’ Instagram, li għandha mal-10 miljun segwaċi fuqha. Wieħed mill-filmati saħansitra ddeskrivietu bħala “il-maġija ta’ Malta”. Aguilera qalet ukoll li Malta kienet “il-mument”, u ħasset l-imħabba tagħna.