Il-pandemija tkompli tolqot aktar negozji u kumpaniji, bl-aħħar waħda hi l-lukanda Radisson Blu ta' San Ġiljan. B'qalb maqsuma qalu lill-klijenti tagħhom li ser jagħlqu l-lukanda tagħhom mill-1 ta' Ottubru.

Għalissa dan l-għeluq hu wieħed temporanju fejn il-lukanda qalet li ser tagħmel xi rinovar u tkompli taħdem biex ittejjeb il-prodott tagħha. Qed jippjanaw li jerġgħu jiftħu għall-bidu tal-istaġun tal-festi. Hi dieqa li tisma' aħbarijiet bħal dawn, nisperaw li ma ndumux ma nerġgħu nibdew nieħdu r-ruħ.

Solidarjetà mal-ħaddiema kollha ta' din il-lukanda.  

Radisson Blu / Facebook


Anthony Baldacchino