Jidher li b’mod ta’ nostalġija se nerġgħu mmorru lura għaż-żmien ta’ qabel dħalna fl-Ewropa!
Naħseb tiftakruħ sew iż-żmien ta’ meta konna għadna nużaw il-Liri Maltin. Għal dawk li dejjem xtaqu li l-Liri jerġgħu jirritornaw, għandna aħbar tajba għalikom.
Nhar is-Sibt li ġej, 16 ta’ Novembru, l-istudio tal-arti magħruf bħala Te fit-Tazza se joħroġ kollezjoni ta’ tliet prints li ġew ispirati mill-Lira Maltija.
Ritratt: Te fit-Tazza
Il-fundaturi ta’ Te fit-Tazza qalu kif għalihom huwa mportanti li jfakkru kif il-Liri kienu parti mill-identità u l-espressjoni tal-poplu Malti.
Ritratt: Te fit-Tazza
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jara l-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Te fit-Tazza jew inkella jżur is-sit elettroniku www.tefittazza.com.
Te fit-Tazza