Matul is-sittax-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser nitkellmu dwar il-liżar ta’ Kristu. Il-proġett ta’ riċerka bl-isem ‘Shroud of Turin’ kien studju xjentifiku importanti li sar fl-1978. Dan l-istudju sar biex jinvestiga l-liżar ta’ Kristu, magħruf aħjar bħala s-Sartun ta’ Turin - relikwa reliġjuża li ħafna jemmnu li għandha x-xbieha ta’ Ġesù Kristu.
Minkejja l-approċċ rigoruż li bih sar dan l-istudju xjentifiku hemm diversi mistoqsijiet li għad ma nstabx risposta għalihom partikolarment dwar l-oriġini vera tas-sartun u l-formazzjoni tal-immaġni misterjuża pereżempju kif nafu li s-sartun huwa vera awtentiku? B’liema mod it-tbajja tad-demm baqgħu jidhru fuq is-sartun b’tant detall?
Il-programm l-Inspjegabbli xxandar ilbieraħ u jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967
L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Flash Productions.