Minħabba li għaddejin mill-pandemija tal-Covid-19 qed ikollna nonfqu ammont ta’ flus fuq il-maskri sabiex dawn jiproteġuna minn dan il-virus.

Minn Settembru li għadda, il-Kunsill Lokali tal-Għarb ħa l-inizjattiva sabiex iqassam żewġ maskri tal-għamla N95 b’xejn lir-residenti tal-Għarb sabiex b’hekk dawn ikunu jistgħu jiffrankaw ftit flus fuqhom. Għall-bidu l-maskri bdew jiġu mqassma lin-nies bieb bieb, pero minħabba li bdejna naraw żieda fil-każi pożittivi tal-Covid-19, ir-residenti bdew jirċievu vawċers fi djarhom sabiex ikunu jistgħu jiġbru ż-żewġ maskri mill-kunsill lokali.


Henzley  Bezzina