Fuq il-paġna ta' facebook tal-Kunsill Lokali ta' Bormla tħabbar li wara li ġiet evalwata tajjeb is-sitwazzjoni, ittieħdet id-deċiżjoni li għal din is-sena jittella' hekk kif ippjanat il-Cospicua Short Play Festival.

Intqal ukoll li ser jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-atturi, il-crew u l-viżitaturi. Dan l-avveniment ser ikun illimitat għal 250 individwu biss.

L-attendenza mhix miftuħa għal kulħadd bħas-snin ta' qabel iżda wieħed irid jibbukkja.

Tfakkar ukoll li kull min se jattendi jrid josserva l-miżuri li se jkun qed jimponi l-kunsill lokali. Ara d-dettalji ta' kif u x'għandek tagħmel jekk tixtieq tattendi!

B'kwatela, dan il-kunsill qed juri li qed jieħu ħsieb is-sitwazzjoni qabel jorganizza attività. Prosit!

Ritratt: Facebook/ Bormla Local Council


Clifford Galea