Bosta drabi jkun hemm kritika qawwija fuq il-kunsilli lokali u fuq dawk li jiktbu t-tabelli tat-toroq għax dawn joqogħdu lura milli jagħmlu użu mil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża tingħata prijorità fuq dawn it-tabelli.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun mexa b’mod differenti u fuq tabella li twaħħlet riċentament ġie użat il-Malti biex jagħrrfu lill-pubbliku li fiż-Żejtun, skont il-liġi ħadd ma jista’ jitma’ lill-ħamiem salvaġġ għaliex dan jista’ jeħel multa li tvarja bejn €46.59 u €69.88.

Il-paġna Malti Madwarna tat proset lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun u ddeskriviet dan l-att bħala wieħed li għalkemm huwa żgħir, jiswa ħafna. Huwa importanti li dejjem ngħożżu l-lingwa unika tagħna.

Facebook / Il-Malti Madwarna


Henzley  Bezzina