Il-kunċert ta' Celine Dion tista' tgħid hu l-kunċert tas-Sajf tal-2020 f'Malta kellu jimxi mill-Fosos. Dan wara li d-domanda għal biljetti kienet waħda kbira fejn ħafna mill-biljetti telqu waqt il-pre-sale tal-event.

Il-kunċert ħa jimxi għal Ta' Qali u dawk li għadhom ma akkwistawx il-biljetti jistgħu jagħmlu dan minn nhar il-Ġimgħa 8 ta' Novembru fuq is-sit: Shows Happening. L-organizzaturi ħabbru li dawk li xtraw il-biljetti, m'għandhomx għalfejn jinkwetax għax is-seating plan ħa jibqa' l-istess.


Emil Calleja Bayliss