Matul dan ix-xahar, il-marka favorita tal-Maltin u l-Għawdxin, Twistees, biddlet il-pakkett tagħha għal kulur roża biex tqajjem kuxjenza dwar il-kampanja Pink October. Ix-xahar huwa ddedikat biex iqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, u Twistees issa qed jappoġġja l-kawża tajba billi jbiegħ pakketti bil-kulur assoċjat mal-moviment.

Ma' kull pakkett roża li jinxtara il-kumpanija lokali Twistees qed tagħti donazzjoni lil Action for Breast Cancer Foundation. Twistees hi ditta emblematiku Maltija tal-ikel stabbilita, b'aktar minn 40 sena ta' storja. Illum il-ġurnata tikkonsisti firxa sħiħa ta’ togħmiet.

Hekk kif il-marka tkompli tikber permezz ta’ ideat ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni innovattivi, l-aħħar ġest tagħha huwa wieħed nobbli hekk kif ħa tgħin biex titqajjem iktar il-kuxjenza dwar marda li tħalli impatt fuq eluf madwar id-dinja.

Xerred dwar dan biex inkompli ngħinu lil AFBCF u nqajjmu aktar għarfien. Għaġġel għax Ottubru dalwaqt iħallina!


Kyle Zarb