Amazon, li hija waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja, qed tippjana sabiex timpjega 125,000 ħaddiem ġdid b’paga ta’ $18 fis-siegħa.

Ir-rata tal-paga tal-ħaddiema ta’ Amazon li jkunu għadhom kif jibdew ix-xogħol, normalment hija ta’ $15 imma għal dawn ser tkun aktar u ċertu impjegati ser jingħataw bonus ta’ $3,000 talli jkunu ffirmaw mal-kumpanija.

Dax-xahar Amazon se jkunu qed jiftħu wkoll 100 faċilita ġdida mal-250 faċilita li diġà fetħu dis-sena.

amazon


Henzley  Bezzina