Problema li qed tolqot lill-gżejjer Maltin hija bla dubbju s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari. Il-Kap tad-delegazzjoni tal-OSCE, Onor. Jean Claude Micallef tkellem f'konferenza. L-Onor. Micallef qal lil Gwida.mt, "Kif stqarrejt mal-mument li ġejt maħtur Kap tad-delegazzjoni Maltija għall-OSCE sħaqt li l-aġenda tat-traffikar uman u l-immigrazzjoni irregolari se jkunu prijorità għalija".
F'din il-konferenza l-Kummissarju Mijatovic għall-ewwel darba, irrikonoxxiet li s-sitwazzjoni fil-Mediterran għandha tkun inidrizzat mill-EU. L-Kummissarju f'din il-konferenza virtwali għażlet li tirrispondi għall-kummenti tal-Onor. Micallef. Hu qalilna li, "...Kif aċċennajt, napprezza li bil-fatti nużaw daż-żmien li jibnijna flimkien mhux ikissirna bejnietna."
"F'kull fora internazzjonali qed naħdmu qatigħ biex wieħed jindirizza l-kwistjoni mhux minn lenti nazzjonali imma minn lenti Ewropej" - Jean Claude Micallef.
Grazzi talli minkejja l-imxija qed tkomplu taħdmu sabiex insibu soluzzjoni għal din il-problema.