Meta Alison Bezzina, il-kummisarju tal-annimali, kienet qed titkellem fuq programm fuq l-istazzjon nazzjonali fil-bidu tax-xahar, qalet xi affarijiet li ma niżlux tajjeb ma' kulħadd.

Għalkemm kienu ħafna li qablu magħha u wrew is-sapport tagħhom, kien hemm ukoll min għajjarha għal dak li qalet. Il-kummisarju kienet qed titkellem fuq kemm hemm bżonn li jitnaqqas il-konsum tal-laħam u tal-ħalib, kemm għal saħħitna, kemm għall-futur tal-pjaneta u kif ukoll biex titnaqqas il-moħqrija tal-annimali.

Darryl Grima, il-koordinatur tal-Veggy Malta, appoġġja bil-kbir lill-kummisarju u ferħilha għal dak li qalet. Grima spjega wkoll li wara l-industrija tal-laħam u tal-ħalib hemm proċess ta’ krudilta' li mhux kulħadd jaf bih.


Facebook/ Alison Bezzina/Darryl Grima


Bernard Xuereb