‘’Meta ser ikollkom it-tfal?’’…jinstema’ kumment innoċenti, iżda għall-koppji li qed jaffaċjaw l-infertilità, kumment bħal dan huwa stallett f’qalb il-koppja, għaliex wieħed qatt ma jkun jaf minn xiex għaddejja persuna.

Jista jkun li koppja tkun qed issiba diffiċli tnissel it-tfal, jew ikunu għaddew minn korriment, jekk tisma’ tweġibiet bħal:

Qed ingawdu l-ħajja miżżewġa

Nixtiequ nduru d-dinja l-ewwel

Qed niffukaw fuq il-karriera

Adele Barbaro, l-omm wara s-sit The Real Mumma, użat il-paġna tagħha fuq Facebook biex taqsam dan il-messaġġ u rnexxielu jiġi mxerred ‘il fuq minn 40 elf darba. Adele kienet għaddejja minn sitwazzjoni diffiċli ħafna, u fil-post tagħha spjegat id-diffikultajiet kollha li kienu għaddejin minnom, u kif kellhom jaffaċjaw il-kumment tan-nies għall-fatt li kien għaddej iż-żmien u ma kellomx tfal.

Wara vjaġġ twil, Adele u s-sieħeb tagħha kellom lil Harvey permezz tal-IVF, u ftit wara kellom sorpriża kbira bit-tieni wild Chloe. Ikkreat il-blog u s-sit tagħha wara li ħasset il-bżonn li taqsam l-esperjenza tagħha ma’ ommijiet oħrajn bit-tama li hi tgħin lilhom, u huma jgħinu lilha.


Luke Borg