Ian huwa kantant Malti li naturalment il-mużika hija ta’ importanza kbira għalih. Gwida.mt tkellem ma’ Ian u staqsieh dwar il-lirika tal-kanzunetta l-ġdida tiegħu Żommni.

Il-kantant qalilna li l-kanzunetta “hija dwar il-familja u fuq il-vojt li jħallu warajhom.” Ian qalilna li kiteb din il-kanzunetta wara li sfortunatament tilef in-nanniet tiegħu. Fil-fatt anke t-tema tal-vidjow tal-kanzunetta hija dwarhom ukoll.

Ian qalilna li l-messaġġ li xtaq jgħaddi bil-lirika tiegħu huwa “ta’ meta tispiċċa waħdek lampa stampa, ma tafx fejn se tagħti rasek u kważi tkun irrabjat li jkunu ħallewk waħdek meta tant ikollok bżonnhom.” Naħseb li dan il-messaġġ, jekk xi darba tliftna lil xi ħadd ikoll nistgħu nirrelataw miegħu. Minkejja dan, qalilna li jħobb iħalli l-messaġġ miftuħ għall-interpretazzjoni personali tas-semmiegħa.

Fl-aħħar Ian qalilna li biex jibqa’ mat-tema tal-familja, staqsa lil kuġintu Amber biex tkanta l-kanzunetta miegħu. Naturalment din aċċettat u l-prodott finali kien wieħed eċċellenti!


Yasmin Camilleri