L-Imsida, 20 ta’ Marzu 2025 — KSU Students’ Fest hija produzzjoni annwali mmexxija mill-istudenti li tiġbor flimkien aktar minn 160 student għal tliet prestazzjonijiet, din is-sena fil-25, 26 u 27 ta’ April fis-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta.
L-edizzjoni ta’ din is-sena twiegħed taħlita maġika ta’ ċajt, mużika live, atturi b’talent kbir, kant ippassjonat, koreografija dinamika, u spettaklu mill-aqwa li żgur se jaffaxxina udjenzi ta’ kull età.
Din is-sena, il-KSU jippreżenta: Xrekk - verżjoni unika u Maltija tal-film famuż Xrekk! Ħejju ruħkom għal din l-edizzjoni, hekk kif il-biljetti diġà qegħdin għall-bejgħ mis-sit uffiċjali tal-KSU.
Il-KSU nieda din l-edizzjoni ta’ Students Fest permezz ta’ Xrekk on Quad, avveniment li seħħ nhar il-Ħamis, 20 ta’ Marzu.
Din l-attività inkludiet rappreżentazzjonijiet ta’ numru ta’ żifniet u kanzunetti minn edizzjonijiet preċedenti ta’ Students’ Fest, wirijiet esklussivi tal-ispettaklu li ġej, u kif ukoll kwiżż interattiv. Fost il-wirjiet, kien hemm l-interpretazzjoni tagħna tal-kanzunetta Walking on Sunshine.

Ritratt: ebc_visuals/ Emilia Borg Cachia
KSU Students’ Fest dejjem kien ta’ spettaklu, u kull sena napprezzaw li jinħolqu tant memorji! Min jista’ jinsa l-enerġija inkredibbli ta’ Oh My Hairspray jew il-ġenn sabiħ ta’ Min-Hi Girls - storja ħelwa dwar Cady minn Għawdex.
Ma nistgħux ninsew id-dinja maġika ta’ Alice in Bormla, sħab Alice, u ovvjament it-tè li tant kienu jħobbu. Fl-aħħar mill-aħħar, ma nistgħux ma nsemmux il-ġugarelli favoriti tagħna minn Toy Storey li ħadu l-ħajja b’mod li ħallulna tbissima fuq fommna!

Ritratt: ebc_visuals/ Emilia Borg Cachia
Matul dawn l-aħħar 15-il sena, Students’ Fest sar avveniment ewlieni fil-kalendarju tal-KSU. Dawn l-edizzjonijiet kollha urew l-ammont kbir ta’ kreattività, talent u passjoni tal-komunità studenteska ta’ KSU!
Il-prezzijiet tal-biljetti jvarjaw minn €14 sa €20. Jekk inti dilettant tal-ġrajja ikonika ta’ Xrekk, imma tinteressak dik it-togħma umorstika kif ukoll b’xeħta Maltija, nirrakkomandaw li tibbuukja l-biljett tiegħek issa!
Għal aktar informazzjoni jew biex tixtri biljett, żur is-sit uffiċjali tal-KSU.

ebc_visuals/ Emilia Borg Cachia