Oħt il mexxej tal-Korea Ta’ Fuq li hija mara influenti ferm f’pajjiżhom wissiet li jekk se jiġu provokati mill-Korea t’Isfel se jużaw forzi nukleari li kapaċi jeqirdu l-pajjiż sħiħ. Din qalet li minkejja li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jaqilgħu t-tieni gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi, xorta waħda se jirreaġixxu fil-konfront tal-pajjiż ġar tagħhom li għal snin twal kien hemm tenzjonijiet kbar bejniethom.
Kim Yo-jong qalet li għalkemm il-Korea t’Isfel mhumiex l-għadu prinċipali tal-pajjiż tagħha, dan il-fatt se jinbidel jekk għal xi raġuni Il-korea t’Isfel jattakkaw lilhom, u hawn fejn se jieħdu azzjoni kontrihom. Hi qalet dan id-diskors wara li l-ministru tad-Difiża tal-Korea t’Isfel, Suh Wook, qal publikament li Seoul kapaċi tolqot b’mod preċiż u malajr lil Korea Ta’ Fuq.
Riċentament iż-żewġ pajjiżi żiedu t-testijiet tagħom fejn tidħol l-armata, bil-Korea ta’ Fuq tispara firxa ta’missili qawwija.