Illejla sar il-Malta Junior Eurovision Song Contest 2021 fejn kellha tintgħażel il-kanzunetta rebbieħa li ħa tirrappreżentana ġewwa Pariġi fil-15 ta’ Diċembru li ġej. Kien hemm total ta’ 12-il kanzunetta. Ir-rebbieħa tal-lejla kienu Ike u Kaya bil-kanzunetta My Home. Il-kliem hu ta’ Owen Luellen u mużika ta’ Muxu u Cyprian Cassar. 

Running Free ġiet fit-tieni post kantata minn Myca, Kylie, & Denzel Jo - il-kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Denzel Jo Armani, Joseph Armani, u Toby Farrugia. Fit-tielet post ġiet il-kanzunetta On My Way kantata minn Yulan Law - il-kliem ta' Amber Bondin u mużika ta' Elton Zarb.

Awguri lil Ike u Kaya għall-vjaġġ li għandhom quddiemhom! Forza Malta!


Kyle Zarb