"Wara ħafna snin t'esperjenza tgħallimt li l-konverżjoni mhix eżattament li titgħallem xi ħaġa ġdida; hi aktar li titlef dak li taf." Hekk kiteb Fr. Karm Debattista aktar kmieni llum fuq il-profil tiegħu fuq Facebook hu u jiċċelebra għeluq sninu.

Imwieled fil-25 ta' Jannar 1961, Fr. Karm, li llum għalaq 62 sena, huwa membru tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl (MSSP). Jikkomponi u jkanta kanzunetti Kristjani kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, bit-twemmin li l-mużika hija l-aqwa mod biex jitrażmetti l-kelma t'Alla. Ilu jikteb il-mużika minn tfulitu iżda beda jirrekordja l-mużika tiegħu b'mod professjoni fl-1996. 

Awguri, Fr. Karm!

Facebook / Karm Debattista


Bradley Cachia