Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta ħabbru li qed jilqgħu fi ħdanhom Pro-Rettur ġdid, il-Monsinjur Paul Carmel Vella.
View this post on Instagram
Huma qasmu l-aħbar fuq il-midja soċjali, kitbu “aħna nesprimu r-ringrazzjamenti mill-qalb tagħna lil Mons Victor Zammit McKeon bħala l-Pro-Rettur li spiċċa (2016-2021) u nilqgħu lil Mons. Paul Carmel Vella għall-ħatra l-ġdida tiegħu bħala Pro-Rettur.”
Mons Vella ġie ordnat saċerdot fl-1988, u kompla jistudja fl-1995 fl-Università tal-Lateran f’Ruma. Fl-1997, inħatar Difensur taż-Żwieġ fit-Tribunal Ekkleżjastiku, imbagħad Imħallef bħala parti mill-istess tribunal. Minn dakinhar huwa gawda minn diversi ħatriet, l-aktar reċenti bħala arċipriet responsabbli mill-knisja parrokkjali ta’ Santa Elena f’Birkirkara fl-2017.
Nawguraw l-isbaħ Pro-Rettur il-ġdid l-isbaħ xewqat!
Instagram / lex.universe