Aktar kmieni llum, Antoine Degabriele, raġel ta’ 51 sena residenti ż-Żejtun instab mejjet fi Triq Anton Buttigieg fiż-Żejtun, għall-ħabta tal-11:45pm. Il-pulizija għadha qed tfittex is-sewwieq illi tajjar lill-vittma għaliex sfortunatament qed jissuspettaw illi dan kien każ ta’ hit and run.
Bla dubju, il-qraba u l-ħbieb tar-raġel, kif ukoll il-komunità kollha taż-Żejtun, jinsabu taħt xokk wara din l-aħbar, u kienu bosta li qasmu l-ħsibijiet ta’ qsim il-qalb tagħhom fuq il-midja soċjali.
Fosthom, mara residenti ż-Żejtun li kellha ħafna memorji ma’ Antoine, kitbet “X'aħbar kerha din... kemm memorji għaddejjin minn quddiemi, Antoine... Dejjem ċajtier u kollna storbju fejn inkunu. Ma kienx ħaqqek tmut hekk.”
Oħrajn iddiskrevewh bħala persuna dejjem bi tbissima u li jġib il-ferħ miegħu kull fejn imur, kif ukoll ikkummentaw illi "Irrid ikollok stonku biex tħalli persuna mal-art u tibqa' sejjer."
Jistrieħ fis-sliem. Kondoljanzi lil kull min b’xi mod jew ieħor kien viċin ta’ Antoine.