Dr.Nicholas Briffa qasam kelmtejn dwar kwistjoni pjuttost serja u l-perikli tagħha huma ta’ natura insidjuża. Sfortunatament ngħixu fi żmien fejn ma nistgħux ngħixu mingħajr il-mowbajl. Dan iwassal għal ħafna aljenazzjoni mir-realtà u n-nies ta’ madwarna.

“Il-komunikazzjoni intima hija impossibli meta l-mobile tiegħek jibqa’ jżanżan u jivvibra bin-notifikazzjonijiet,” hu kiteb. “Ikkunsidra li tagħmlu ‘silent’ jew twarrbu meta tkun waħdek mal-partner.”

Din verament tapplika wkoll meta tkun ma’ tal-familja jew xi ħbieb u biex il-mowbajl ma jkunx il-prijorità tal-mument.

Facebook/Nicholas Briffa


Bernard Xuereb