Il-Komiku Malti Steve Hili li nafuh l-aktar għal Comedy Nights ġewwa pajjiżna spiċċa ta' bla ħsieb fuq il-portals tal-gazzetti poplari Ingliżi Daily Mail u l-Huff Post. F'post li xeħet fuq il-midja soċjali, Steve Hili kiteb, li kienet esperjenza sabiħa li jċapċap għal dawk kollha li jinsabu fuq il-fruntiera fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

B'ċajta jgħid li jidher li hu u Kat ċapċpu aħjar minn ħaddieħor għax id-Daily Mail ġabu ritratt tagħhom eżatt ħdejn ta' Boris Johnson, il-Prim Ministru Ingliż li spiċċa nstab pożittiv għal Covid-19, filwaqt li HuffPost injoraw kompletament lill-Prim Ministru Ingliż u xeħtu ritratt tagħhom biss.

Hawn fuq tistgħu taraw il-famuż ritratt li grazzi għali Steve spiċċa fuq dawn il-portals importanti ġewwa r-Renju Unit.

Facebook / Gaz de Vere


Emil Calleja Bayliss