L-attur u komiku Kevin Hart, kien involut f’aċċident f’karozza tas-sebgħinijiet li tilfet il-kontroll u qabżet mit-triq.

Il-komiku, li kien biss passiġġier, inqabad fil-karozza sakemm inħareġ meta waslet l-assistenza. Hu sofra minn ġrieħi gravi f'dahru.

Hart sofra minn ksur fi 3 partijiet f'dahru, iżda ġurnata wara l-aċċident, hu għadda minn operazzjoni li kienet ta' suċċess.

Il-mara tiegħu kkummentat li hu qiegħed f'sitwazzjoni stabbli u ser ikun tajjeb malli jirrikovera kompletament.

Il-karozza Kevin kien xtraha bħala rigal għalih innifsu f'Lulju li għadda meta għalaq 40 sena.

View this post on Instagram

I added some more muscle to the family for my 40th....welcome home "Menace" #MuscleCarLover

A post shared by Kevin Hart (@kevinhart4real) on

Il-kollega tiegħu, u komiku Terry Crews ikkumenta:

Bħalissa Kevin għandu bżonn jerġa jibni ħajtu b'xi mod. Ħajtu jaf tkun ftit li xejn differenti minn issa 'l quddiem.

Nifimha din. Inħossha. Probabbilment jħossu verament waħdu bħalissa.

View this post on Instagram

You TEALin’ me? #agt #youMINTtosaywhat

A post shared by Terry Crews (@terrycrews) on

Għalkemm l-attur ħareġ mill-isptar, hu mexa għal faċilitá oħra fejn ser ikollu ġimgħat ta' riabilitazzjoni fiżika quddiemu.


Luke Borg